Recep Tayyip Erdogan sar l-ewwel President tat-Turkija li żar il-Greċja f’65 sena, b’din iż-żjara jkollha bidu diffiċli, fost l-iskambju ta’ rimarki ‘sinfikattivi’ bejnu u l-President Grieg, Prokopis Pavlopoulos.
Erdogan qal li t-trattat tal-1923 li ffissa l-fruntieri tat-Turkija wara l-Ewwel Gwerra Dinjija ‘ma kiex qed ikun applikat b’mod xieraq’. Min-naħa tiegħu, il-President Pavlopoulos ċaħad kwalunkwe bidla għat-Trattat ta’ Lausanne.
Ir-relazzjoni bejn il-Greċja u t-Turkija — membri-alleati tan-NATO — ilha għexieren tas-snin karatterizzata bit-tensjoni.
Numru ta’ issues sensittivi, fosthom tilwim dwar il-gżejjer diżabitati fl-Eġew, kienu wasslu lill-ġirien f’xifer ta’ gwerra, fl-1996.
It-Turkija u l-Greċja anki naqsu milli jilħqu ftehim għall-paċi fil-kwistjoni ta’ Ċipru. Dan wara li l-qawwiet Torok, fl-1974, kienu invadew it-Tramuntana tal-gżira b’reazzjoni għal kolp ta’ stat miċ-Ċiprijotti-Griegi appoġġjati minn Ateni.
//= $special ?>

