L-awtoritajiet fil-Greċja għamlu l-ikbar qabda ta’ kannabis fl-istorja tal-pajjiż, liema droga kienet ġejja lejn Malta.
Jirrapporta dan is-sit tal-BBC, li jgħid kif madwar sitt tunellati ta’ kannabis instabu fuq bastiment bl-isem ta’ Andreas u rreġistrat it-Tanżanija li telaq minn Latakia, f’Ċipru fid-direzzjoni ta’ Malta. Jirriżulta li l-bastiment ġie interċettat qrib Kreta.
Fl-operazzjoni ġew sparati tiri ta’ twissija qabel l-awtoritajiet telgħu fuq il-bastiment, huma qatgħu partijiet tiegħu biex kixfu bieba moħbija li kienet qed taħbi d-droga taħtha. Jingħad li l-valur tad-droga jlaħħaq il-€71 miljun.
Sitt persuni, aktarx Sirjani, ġew arrestati b’rabta ma’ din is-sejba. Jirriżulta li huma kien ilhom jiġu segwiti għal 48 siegħa.
Fil-ħidma kontra t-traffikar tad-droga pparteċipaw ukoll l-awtoritajiet tad-dwana Franċiżi, l-aġenzija tal-kontroll tal-fruntieri tal-Unjoni Ewropea, il-Frontex. Uffiċjalment, il-vjaġġ tagħhom lejn Malta kellu jkun għal skop ta’ tiswija tal-bastiment.











