Cristiano Ronaldo laħaq ir-rekord ta’ Lionel Messi meta rebaħ il-Ballun tad-Deheb għall-ħames darba f’Pariġi. Ronaldo mexxa lil Real Madrid għar-rebħ tat-12-il Champions League f’Ġunju, fejn fosthom skorja tripletta kontra Bayern Munich u Atletico Madrid fil-kwarti tal-finali u s-semifinali, kif ukoll doppjetta fir-rebħa ta’ 4-1 fil-finali li kellhom kontra Juventus.
Messi li riċentament iffirma kuntratt ġdid ma’ Barcelona sal-2021, spiċċa fit-tieni post għat-tieni sena konsekuttiva minkejja li bħalissa qed jaqbeż lil Ronaldo bi tliet gowls fis-sena kalendarja. Neymar spiċċa t-tielet għat-tieni darba fi tliet snin.
L-ewwel unur ingħata lil Stanley Matthews fl-1956. Fl-aħħar għaxar snin, l-unur intrebaħ minn Cristiano Ronaldo u Lionel Messi.
//= $special ?>