Komunita’ żgħira f’Ħal Balzan ilha għal dawn l-aħħar 22 sena tarma roundabout bit-tiżjin tal-Milied – u sena wara sena dejjem jiżdied l-armar. Armar li fih bozzoz kkuluriti, siġar imżejnin, nar, u numru ta’ tiżjin ieħor li jkompli jsebbaħ iż-żona f’dawn iż-żminijiet tas-sena.
NET News żar l-attivita’ li ssir ta’ kull sena biex titnieda din ir-roundabout għall-festi tal-Milied. Ir-residenti qaluli li din it-tradizzjoni bdiet 22 sena ilu meta waħda mill-ġirien bdiet din l-inizjattiva u ftit ftit baqa’ jiżdied it-tiżjin. Fiflatt huma tennew li qas qatt ma kienu jemmnu li wara 22 sena dan l-armar kien se jikber daqstant.
Iżda x’inhi l-motivazzjoni li sena wara sena tibqa’ tiġi armata din ir-roundabout? Ir-residenti li jarmaw spjegawlna li s-sodisfazzjon u s-sena ta’ għaqda fost ir-residenti tibqa’ ġġib aktar ferħ f’dawn iż-żminijiet. Iżda huma tennew li biex tiġi organizzata din l-attivita’ hemm bżonn l-appoġġ ta’ din l-akwata kollha f’Ħal Balzan, filfatt ħafna minnhom jagħtu kontribut finanzjarju biex din ir-roundabout tiġi mżejna.
Kif qalulna r-resident ta’ Ħal Balzan stess, din l-attivita’ mhux biss issebbaħ iż-żona fi żmien il-Milied, iżda anke tawgura li s-sena l-ġdida tinfetaħ f’armonija sabiħa bejn l-istess residenti.
//= $special ?>