Rapport: Keane Cutajar
MOSTA…………..1
SLIEMA………….1
Mosta: A. Vella, D. Fenech (N. Frendo 61’), Z. Brincat, T. Veronese, K. Frendo (J. Grech 73’), D. Mansi, T. Farrugia, D. Biondo (L. Ferreira 53’), D. Zarate, G. Blessing, D. Nworah
Sliema: G. Zammit, J. De Assis, M. Muchardi, F. Temile (R. Spiteri 57’), N. Milincenau (P. Xuereb 81’), S. Bianciardi, M. Sansone (M. Scerri 68’), E. Agius, R. Correa, J. Mintoff, G. Adamovic
Imwissija: D. Mansi 9’, D. Biondo 11’, K. Frendo 68’, D. Zarate 80’ (M) R. Correa 33’, M. Sansone 54’, M. Muchardi 55’, J. De Assis 77’ (S)
Skorjaw: F. Temile 46’ (S), T. Farrugia 90’ (M)
Referee: Glen Tonna
Assistenti Referees: Edward Spiteri, Theodore Zammit
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Riccardo Correa (Sliema Wanderers)
Attendenza: 155
It-tim ta’ John Buttigieg ikkontrolla l-partita u forsi r-riżultat ma jurix id-dominanza li l-Wanderers kellhom fuq il-Mostin. Mosta ġabu d-draw f’azzjoni rari fl-aħħar sekondi tal-partita wara li ddefendew għal ħinijiet twal matul id-90 minuta.
Sliema ħarġu fuq l-offesniva meta kien korner ta’ Frank Temile lura lejn Riccardo Correa. Dan tal-aħħar spara kross fil-kaxxa li Andreas Vella ħareġ ħażin għalih. Matias Muchardi laħaq qabel kulħadd iżda falla l-mira bi ftit. Hekk kif qabżu n-nofs siegħa logħob, free-kick ta’ Thomas Veronese għadda ftit barra.
Fis-37 minuta, xutt ta’ Temile kien salvat f’żewġ tentattivi minn Vella. Jeferson De Assis rebaħ konfront personali saħħa ma’ saħħa mad-difensur Mosti u daħal f’pożizzjoni tajba però x-xutt tiegħu kien dgħajjef u ċentrali.
Sliema reqsu l-iktar viċin minuta minn tmiem l-ewwel taqsima meta De Assis għadda mix-xellug lejn Temile li dar tajjeb ma’ Vella qabel qassam lil Nikolae Milincenau. Dan tal-aħħar spara fil-lasta iżda Tyrone Farrugia kien stupend u imblokka il-ballun f’korner meta’ Vella ma deherx.
Sliema fetħu t-tieni taqsima kif għalqu l-ewwel waħda u saħansitra marru fil-vantaġġ. TEMILE qabeż id-difesuri ta’ Mosta b’meravilja u baq’ dieħel fil-kaxxa qabel xeħet fix-xibka. Minuta wara, kross ta’ De Assis ġie għand Muchardi li sab lil Vella attent li dawwar f’korner.
De Assis għamel dak li kien impossibbli u naqas li jżid l-iskor wara kross perfett ta’ Correa meta tefa’ barra bir-ras waħdu ma’ Vella.
Sliema naqsu li jagħlqu l-logħba meta kien fadal 10 minuti hekk kif De Assis seraq ballun f’nofs il-grawnd tiegħu qabel baqa jiġri tul il-grawnd kollu. De Assis għażel li jmur għall-konklużjoni flok iqassam lil sieħbu li kien f’pożizzjoni pjuttost aħjar biex falla l-mira. Glenn Zammit ġab save tajjeb fuq tentattiv rari ta’ Mosta lejn l-aħħar tal-partita.
Kienet l-aħħar azzjoni tal-partita li biha Mosta ġabu d-draw meta kien Tyrone FARRUGIA li reġa’ salva lill-Mostin meta tefa’ fix-xibka wara passaġġ ta’ Nworah.
//= $special ?>