Il-Whistleblower Russa, Maria Efimova nhar it-Tnejn mistennija li titkellem mal-Kumitat PANA, il-Kumitat tal-Parlament Ewropew li qed jinvestiga l-iskandlu tal-Panama Papers, u dan se tagħmlu permezz ta’ video-conference.
Maria Efimova, kienet l-eks impjegata ta’ Pilatus Bank, li ħarbet mill-pajjiż għaliex qed tibża li jiġri xi ħaġa lilha. Hija kienet is-segretarju eżekuttiv taċ-Chairman Seyed Ali Sadr.
theshiftnews.com żvelat li Efimova se jkollha l-video conference call mal-kumitat li hu mmexxi mill-Ewro-Parlamentari Werner Langen u Ana Gomes. Efimova kienet hi li bid-dokument li kellha aċċess għalihom żvelat li l-kumpanija Egrant kienet allegatament ta’ mart il-Prim Ministru Michelle Muscat.
//= $special ?>

