Sport Sport Ieħor

Jean Todt  konfermat President tal-FIA

Jean Todt ilu President tal-FIA mill-2009 (Ritratt: EPA)

Jean Todt reġa’ kienet elett bħala l-President tal-FIA għat-tielet terminu konsekuttiv. Todt li kien elett fil-kariga fl-2009 bħala s-suċċessur ta’ Max Mosley, kien konfermat unanimament fl-Assemblea Ġenereali tal-FIA li saret f’Pariġi, wara li ma kienx kontestat.

Dan il-mandat il-ġdid, se jara lil Jean Todt ikompli jiżviluppa l-federazzjoni globabli tal-Motorsport sa tmiem l-2021. “Nixtieq nirringrazzja lill-klabbs membri tal-FIA tas-sapport tagħhom. Jien nara dan il-vot bħala fiduċja fid-direzzjoni li l-FIA taħt it-tmexxija tiegħi, kif ukoll vot ta’ kuraġġ biex inkomplu l-programm li għamilna f’dawn l-aħħar snin,” qal Todt.

Iċ-chairman u Kap Eżekuttiv tal-Formula 1 Chase Carey awgura lil Jean Todt u qal li huma jagħtu valur lit-tmexxija u l-konsistenza li għandhom fir-relazzjoni ma’ xulxin filwaqt li hu ottimist għal relazzjoni kostruttiva u ta’ ġid fix-xhur u s-snin li ġejjin.

Il-karriera ta’ Todt li għandu 71 sena, tmur lura sas-snin 60, bil-Franċiż l-ewwel jaġixxi bħala wieħed mis-sewwieqa b’rally qabel ma ħa rwoli amministrattivi. Wara li mexxa lil Peugeot għar-rebħ tal-Kampjonat tad-Dinja tar-Rally kif ukoll ta’ Dakar, Todt mexa lejn il-Formula 1 fejn kellu l-akbar suċċess.

Hu kellu rwol importanti biex dawwar il-fortuna tal-Ferrari bir-rebħ ta’ sitt titli tas-sewwieqa u seba’ titli tal-kostrutturi bejn l-1999 u l-2007 fl-irwol tiegħu ta’ Prinċipal tat-tim.