Lokali

Jingħalqu żewġ appartamenti ta’ Puttinu Cares minħabba ħsarat

Puttinu Cares jinsabu għaddejjin minn mumenti diffiċli bħalissa hekk kif ġew ikkawżati numru ta’ ħsarat wara li tħalla ħafna ilma nieżel fil-kamra tal-banju. B’konsegwenza t’hekk, kellhom jingħalqu żewġ appartamenti sabiex jitranġaw il-ħsarat.

Minħabba f’hekk, Puttinu Cares jinsab f’diffikultà hekk kif qed jistennew li f’Jannar dawn l-appartamenti jkunu mimlijin bil-pazjenti li sejrin għall-bone marrow transplants.

Fid-dawl ta’ dan, Puttinu Cares tappella li kull min jagħmel użu minn dawn l-appartamenti jieħu ħsiebhom bħal ma jieħdu ħsieb id-dar tagħhom.

Fuq Facebook, Puttinu Cares tennew li jiddispjaċihom li xi kultant pazjenti ma japprezzawx biżżejjed u jikkawżaw ħsarat bi traskuraġni li jistgħu jiġu evitati b’naqra attenzjoni.