Minkejja li għadu kemm jispiċċa l-kampjonat tal-Formula 1, il-Ħamis tħabbar uffiċjalment il-kalendarju tal-Formula 1 għas-sena d-dieħla. Il-kampjonat se jibda fil-25 ta’ Marzu f’Melbourne l-Awstralja, tiġrija li saret sinonima li tiftaħ l-istaġun. B’kollox se jkun hemm 21 tiġrija.
Fl-2018, se jkunu qed jirritornaw it-tiġrijiet f’Le Castellet fi Franza u f’Hockenheim il-Ġermanja. Jibqgħu fil-kalendarju t-tiġrijiet famużi mad-dilettanti fosthom iċ-ċirkwiti ta’ Monaco, Montreal fil-Kanada, Silverstone fir-Renju Unit, Spa-Francorchamps fil-Belġju, Monza fl-Italja u Suzuka fil-Ġappun.
Il-kalendarju kollu tal-kampjonat tal-2018 hu:
25 ta’ Marzu Melbourne Awstralja
8 ta’ April Sakhir Bahrain
15 ta’ April Shanghai Ċina
29 ta’ April Baku Ażerbajġan
13 ta’ Mejju Barcelona Spanja
27 ta’ Mejju Monaco Monaco
10 ta’ Ġunju Montreal Kanada
24 ta’ Ġunju Le Castellet Franza
1 ta’ Lulju Spielberg Awstrija
8 ta’ Lulju Silverstone Renju Unit
22 ta’ Lulju Hockenheim Ġermanja
29 ta’ Lulju Budapest Ungerija
26 ta’ Awwissu Spa-Francorchamps Belġju
2 ta’ Settembru Monza Italja
16 ta’ Settembru Singapore Singapore
30 ta’ Settembru Sochi Russja
7 ta’ Ottubru Suzuka Ġappun
21 ta’ Ottubru Austin Stati Uniti
28 ta’ Ottubru Mexico City Messiku
11 ta’ Novembru Sao Paulo Brażil
25 ta’ Novembru Yas Marina Abu Dhabi
//= $special ?>