Persuna jew persuni mhux magħrufa fl-aħħar ħin tefgħu qattusa u ħamest ifrieħ tagħha f’nofs tat-triq prinċipali ta’ Ħal Far.
Jirriżulta li l-qtates intefgħu f’boroż tal-plastik f’nofs it-triq bil-konsegwenza li għaddew minn fuqhom numru ta’ karozzi. Dan wassal biex il-fdalijiet tal-qtates spiċċaw mifruxa matul it-triq. Mhux magħruf jekk il-qtates inqatlux qabel inxteħtu fit-triq.
Net News jinsab infurmat li sar kuntatt mad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali bl-iskop li l-fdalijiet ta’ dawn l-annimali jitneħħew mit-triq.
//= $special ?>

