Seba’ xhur wara li l-kumpaniji Vodafone, Apax u Fortino Capital ħabbru li bi ħsiebhom jgħaqqdu l-kumpanija Vodafone Malta ma’ Melita, illum tħabbar li dan mhux se jsir.
Fi stqarrija maħruġa minn Vodafone Malta, intqal li minkejja li l-partijiet involuti kkoperaw ħafna mal-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sabiex din it-transazzjoni tiġi approvata, il-proċess sabiex iż-żewġ kumpaniji jingħaqdu mhux ħa jibqa’ għaddej. Dan għaliex dawn ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-Awtorità kkonċernata.
Għaldaqstant, iż-żewġ partijiet qablu li tiġi tterminata din it-transazzjoni.
Għal din l-aħbar, il-kumpanija GO fi stqarrija sostniet li “Għalkemm GO ma tibżax mill-kompetizzjoni, tabilħaqq nilqgħuha, l-akkwist propost seta’ wassal għal xenarju li kien ikun ħażin għall-konsumaturi, għal industrija sostenibbli u vijabbli tal-komunikazzjoni, u fl-aħħar mill-aħħar anki għal Malta.
//= $special ?>