Mill-istaġun li ġej, iċ-champions tal-kampjonat Olandiż mhux se jikkwalifikaw b’mod awtomatiku għall-fażi tal-gruppi taċ-Champions League.
Dan wara li ftit jiem ilu ċ-champions attwali tal-Olanda, Feyenoord spiċċaw fl-aħħar post fil-grupp rispettiv tagħhom fiċ-Champions League u Vitesse Arnhem temmew fl-aħħar post fil-grupp rispettiv tagħhom fl-Europa League.
Ir-rankings ġodda tal-UEFA poġġew lill-Olanda fit-12-il post u din il-klassifika tirrifletti wkoll il-fatt li t-tim nazzjonali Olandiż ma ikkwalifikax għall-Kampjonat Ewropew li sar sena ilu u lanqas għat-Tazza tad-Dinja li se ssir sena oħra fir-Russja.
L-aħħar darba li klabb Olandiż rebaħ unur Ewropew kien meta Feyenoord rebħu l-UEFA Cup lura fl-2002. F’Mejju li għadda Ajax waslu sal-finali tal-Europa League imma tilfuha kontra Man Utd.
//= $special ?>