Il-captain tat-tim nazzjonali tal-Peru Paolo Guerrero ġie sospiż sena mill-futbol u b’hekk mhux se jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja li se ssir sena oħra fir-Russja.
L-eksattakkant ta’ Bayern Munich instab pożittiv għall-kokaina wara test li sarlu f’Ottubru li għadda wara l-partita internazzjonali kontra l-Arġentina.
Guerrero, li għandu 33 sena hu l-aqwa skorer fl-istorja ta’ pajjiżu bi 33 gowl f’84 logħba imma issa mhux se jkun parti mit-tim li fis-sajf li ġej se jieħu sehem fit-turnament prestiġjuż.
Din l-aħbar tfisser li issa jista’ jagħti l-każ li minfloku, mal-Peru, jilgħab l-attakkant ta’ Genoa Gianluca Lapadula.
Lapadula, li għandu oriġini Peruvjani, ġie mgħajjat darbtejn mat-tim nazzjonali Taljan imma qatt ma għamel id-debutt tiegħu u hu minħabba f’hekk li għad għandu ċans jilgħab mal-Peru minflok mal-Italja li ta min jiftakar ma ikkwalifikatx għat-Tazza tad-Dinja.
L-aħħar darba li l-Peru lagħbu fit-Tazza tad-Dinja kien fl-1982 u din id-darba fil-fażi tal-gruppi se jilagħbu kontra Franza, l-Awstralja u d-Danimarka.
//= $special ?>