L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lir-Rev. Martin Cardona bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Leonardu Abbati f’Ħal Kirkop.
Huwa twieled f’Ħal Qormi nhar it-13 t’April, 1961, u ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju, 1993.
Cardona serva bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan, Viċi-Parroku tal-Parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal il-Ġdid, u Surmast tal-Iskola tas-Seminarju Minuri. Fl-2003 ġie maħtur bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Marija l-Gudja u tul il-parrokat tiegħu, il-Parroċċa Gudja ġiet mgħollija għall-Knisja Arċipretali.
//= $special ?>