L-Iraq ħabbar it-tmiem tal-gwerra mal-ISIS hekk kif il-grupp militanti Iżlamiku tkeċċa mill-bliet ewlenin kollha li kien jikkontrolla fil-pajjiż.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Bagdad, il-Prim Ministru Haider al-Abadi qal li issa t-truppi Iraqin kellhom ukoll il-kontroll sħiħ tal-fruntiera bejn l-Iraq u s-Sirja. Iz-zona tal-fruntiera kien fiha l-aħħar zoni kontrollati mill-ISIS wara li f’Novembru kienu tilfu l-kontroll tal-belt strateġika ta’ Rawa.
Id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Iraqi saret wara li din il-ġimgħa l-militar Russu ddikjara li kien wettaq il-missjoni fis-Sirja li jkisser l-ISIS.
L-Iraq jiddikjara t-tmiem tal-gwerra mal-ISIS


