Aldo Bonett kien voluntier mal-Fondazzjoni Alive, li ta’ kull sena torganizza sfidi bir-rota biex tiġbor donazzjonijiet b’risq pazjenti morda bil-kanċer.
Aldo, li kien ċiklist, ilbieraħ tħabbret il-mewt tiegħu hekk kif waqt li kien Sqallija, qed jagħmel l-aktar ħaġa li kien iħobb, isuq ir-rota, kellu attakk tal-qalb u miet ftit wara.
Kienu ħafna li nħasdu bl-aħbar tal-mewt ta’ Aldo li kien deskritt bħala raġel ferrieħi u raġel li dejjem jaħseb f’persuni oħra.
Aldo Bonett kien dilettant ħafna wkoll tal-Festa ta’ Sant’ Elena f’Birkirkara.
F’reazzjoni pubblika, il-Fondazzjoni Alive fuq facebook sellmet liċ-ċiklist Aldo Bonett u qalet li se jibqa’ mfakkar għas-sodisfazzjoni u d-dedikazzjoni biex jiġbor flus għar-riċerka dwar il-kanċer.




