“Din hi esperjenza mill-isbaħ, għax il-Maltin u l-Għawdxin qegħdin jifhmu li din hi t-triq li rridu naslu fiha flimkien” – kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista.
Adrian Delia semma kif il-poplu qed jifhem li l-Partit Nazzjonalista qed jaħdem u se jagħmel il-ġid għal Malta. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li hju jemmen b’qalbu kollha li bl-appoġġ tan-nies, il-Partit Nazzjonalista se jissaħħaħ u jkollu leħen wieħed u b’saħħtu biex jirrapreżenta lill-Maltin u l-Għawdxin.
Wara li aġġorna ċ-ċifra miġbura matul il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qal li bid-donazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxin se juru l-appoġġ u jgħinu biex issir aktar ħidma favur Malta. Temm billi appella lill-poplu biex jipparteċipa u jagħti donazzjoni.
Aktar tard matul il-maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia se jkompli jiltaqa’ man-nies fil-maratana ġbir ta’ voti.
Biex wieħed jagħti donazzjoni jista’ jagħmel dan fuq:
- Għal donazzjoni ta’ €6.99 ibagħat SMS fuq 5061 8928
- Għal donazzjoni ta’ €10 ċempel fuq 5160 2003
- Għal donazzjoni ta’ €25 ċempel fuq 5180 2011
- Għal donazzjoni ta’ €50 ċempel fuq 5190 2050
- Għal donazzjoni online idħol fuq pn.org.mt/maratona
Segwi l-maratona ġbir ta’ fondi hawnhekk:
//= $special ?>