Numru sabiħ ta’ nies inġabru f’mixja favur il-vittmi tal-vjolenza domestika fis-soċjetà Maltija – u li għaliha attendew numru ta’ persuni distinti sabiex iwasslu l-messaġġ ta’ solidarjetà.
NET News attenda għal din il-mixja, fejn tkellimna ma’ Elaine Pavia, il-Kap ta’ Dar Merħba Bik – waħda mid-djar li toffri kenn lil nisa vittmi ta’ vjolenza domestika. Il-mixja bdiet minn Blata l-Bajda fejn baqgħet sejra sa quddiem Kastilja fil-Belt Valletta – fejn tkantat kanzunetta dwar il-vjolenza domestika.
Ħadu sehem f’din il-mixja ta’ solidarjetà d-deputati Nazzjonalista Claudette Buttigieg u Maria Deguara. L-attività ġiet organizzata mill-Kummissjoni kontra l-vjolenza domestika bl-għajnuna tal-network ta’ NGOs.
//= $special ?>