L-għan tal-Partit Nazzjonalista hu li jkun partit pożittiv biex b’hekk pajjiżna jkollu wkoll l-Oppożizzjoni b’saħħitha li għandu bżonn.
Enfasizza dan il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’kollegament telefoniku fuq Radio 101 fejn qal li parti importanti minn dan il-proċess kompla fl-aħħar ġimgħat bi l-kuntatt ma’ persuni li għal raġunijiet varji kienu qatgħu l-kuntatt mal-partit.
Kuntatt kontinwu li s’issa laħaq is-6,000 persuna li kienu tesserati tal-Partit Nazzjonalista iżda għal xi raġuni kienu qatgħu l-kuntatt mal-partit.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għamel dan il-kollegament telefoniku waqt li kien qed idur il-każini madwar pajjiżna jiltaqa’ man-nies.
Żjarat li komplew matul il-ġurnata waqt il-maratona ġbir ta’ fondi bit-tema Jien Lest li Ngħin. Maratona li Adrian Delia ddeskriva bħala messaġġ li l-partitarji Nazzjonalisti huma magħqudin flimkien wara l-unika Oppożizzjoni f’pajjiżna.
Il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li dan hu messaġġ li l-Partit Nazzjonalista għadu ħaj, relevanti u jista’ jkun partit li jħares ‘il barra biex jifhem dak li għandhom bżonn in-nies.
//= $special ?>

