Futbol Sport

Tarxien jiksbu rebħa importanti

Luke Grech (numru 15) jilħaq qabel Enmy Pena Beltre (Ritratt: Matthew Tabone)

ST. ANDREWS……..2

TARXIEN R………….3

St. Andrews: M. Calleja Cremona, E. Pena Beltre, A. Borg, T. Blagrove, M. Davis (K. Reid 49’), J. Farrugia, M. Miranda, J. Walker, K. Butler (M. Grima 81’), A. Friggieri, K. Atkinson

Tarxien: A. Chetcuti, S. Cipriott (G. McKay 74’), E. Baker, L. Grech, A. Scicluna, M. Brincat, A. Agius, R. Faria (M. Traore 85’), M. Desira Buttigieg J. Brincat 64’), A. Benes, M. Dieye

Imwissija: M. Dieye 41’, S. Cipriott 51’ (T), A. Borg 58’ (S)

Tkeċċa: T. Blagrove 37’ (S)

Skorjaw: J. Farrugia 9’ pen, K. Reid 72’ (S), R. Faria 25’, 77’, M. Dieye 37’ (T)

Referee: Emanuel Grech

Assistenti Referees: Duncan Sultana, Dusan Petrovic

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Matar Dieye (Tarxien Rainbows)

Wara ħames telfiet konsekuttivi, Tarxien Rainbows irritornaw għar-rebħ tal-punti meta għelbu lil St. Andrews f’konfront dirett min-naħa ta’ isfel tal-klassifika. B’din ir-rebħa, Tarxien issa jinsabu b’10 punti, punt aktar minn Naxxar Lions u tlieta aktar mill-istess St. Andrews.

Għal St. Andrews għamel id-debutt il-kowċ Michael Woods li ma kellux xogħol faċli biex imexxi lit-tim fil-logħba, hekk kif għamlu madwar siegħa logħob b’raġel anqas.

Woods kellu nieqes lil Ricardo Martin li kien sospiż, b’Kevaun Atkinson jibda minfloku. Huma kellhom bidu tajjeb hekk kif wara disa’ minuti ngħataw penalty wara li plejer ta’ Tarxien mess il-ballun b’idu fil-kaxxa minn kross ta’ Friggieri. Mill-11-il metru, Joseph FARRUGIA skorja mill-11-il metru.

Tarxien għamlu reazzjoni u ġabu d-draw fil-25 minuta. Ricardo Faria rċieva mingħand Matar Dieye, dar ma’ Blagrove u għeleb lil Matthew Calleja Cremona.

It-Tarxiniżi rnexxielhom imorru fil-vantaġġ 11-il minuta meta ngħataw penalty mir-referee Emanuel Grech wara li Matar Dieye twaqqa’ minn Travis Blagrove, bid-difensur ta’ St. Andrews jitkeċċa fl-azzjoni. L-istess Matar DIEYE skorja l-penalty.

Minkejja li kienu b’vantaġġ numeriku, Tarxien bdew isibuha diffiċli jikkontrollaw kif iridu l-logħba, hekk kif St. Andrews pruvaw isalvaw xi ħaġa mil-logħba.

Ir-Rainbows kabbru l-vantaġġ mas-siegħa logħob meta avvanza minn pożizzjoni tajba iżda x-xutt finali kien salvat minn Matthew Calleja Cremona. L-istess gowlkiper ċaħħad lil Faria u Dieye f’żewġ okkażjonijiet konsekuttivi għaxar minuti wara.

Żewġ minuti wara, St. Andrews ħasdu lill-avversarji bil-gowl tad-draw. Kien kross ta’ Kyle Butler lejn is-sostitut Kemar REID bid-daqqa ta’ ras tiegħu tegħleb lil Antonio Chetcuti li kien qed jilgħab flok Christian Cassar.

Madankollu St. Andrews damu jgawdu d-draw ħames minuti, għaliex Tarxien skorjaw il-gowl tar-rebħa b’Ricardo FARIA jiskorja b’daqqa ta’ ras wara kross mix-xellug.