Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq siġġu tar-roti

Anzjan ta’ 66 sena fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb minn fuq is-siġġu tar-roti.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-9.45pm fi Triq Sant’Andrija f’San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-distrett marret fuq il-post u sabet lir-ragel mimdud fl-art, waqt li kien qed jingħata l-ewwel assistenza minn persuni oħra li kienu fil-post.

Ir-raġel, li huwa mill-Belt Valletta ttieħed l-isptar għall-kura filwaqt li dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Monica Vella. Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.