Lokali Parlament

Ebda skop li l-prodotti tal-kannabis mediċinali jintużaw għal skopijiet oħra

– Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-liġi li qed idħħal il-gvern biex prodotti mediċinali li fihom il-kannabis m’għandha l-ebda skop li l-prodotti tal-kannabis jintużaw għal skopijiet oħra fosthom tipjip.

Fil-parlament illejla l-Ministru Fearne qal li hawn kunsens fil-parlament u fis-soċjetà dwar l-użu ta’ prodotti li jinkludu l-kannabis għal skopijiet mediċinali. Jirriżulta li l-ebda pazjent ma bbenefika mil-liġi li ddaħħlet sentejn ilu, sostna l-Minitru Fearne, li kompla li din il-liġi ma tfissirx li l-gvern se jkun artab quddiem min irid jittraffika d-droga. L-użu tal-kannabis f’din il-liġi jrid ikun bil-preskrizzjoni tat-tabib. Għada l-gvern se jippubblika l-avviż legali biex drogi bħall-flakka issir illegali għaliex din s’issa li għad mhix illegali.

Il-Ministru Fearne qal li l-liġi tal-2015 li daħlet il-kunċett tal-użu tal-propdotti tal-kannabis tkun esegwita biex il-pazjenti jibbenefikaw. L-emendi jinkludu li minflok il-prodotti tal-kannabis jinkitbu biss fuq preskrizzjoni ta’ speċjalista issa jkunu jistgħu jinkitbu mit-tabib tal-familja. Fuq ir-responsabbiltà tat-tabib mhux se ssir restrizzjoni għaliex jintużaw dawn il-prodotti mediċinali. Minflok se jkun hemm biss prodotti forma ta’ mediċina, is-suq se jinkludi prodotti oħra.

Il-Ministru Fearne qal li hu importanti li jkun hemm informazzjoni dwar il-prrdotti li jkunu qed jinkitbu biex ma ssirx iktar ħsara milli ġid. Hu sostna li jrid isir kontroll fuq il-prodotti li jinxtraw minn fuq l-internet.

Il-Ministru Ferane semma l-prdtti magħmula b’ċertifikati (GMP) u għandhom l-istess propjetajiet ta’ mediċina li ma jagħmlux ħsara. Għalhekk apparti prodotti ta’ kananbis forma ta’ mediċina jistgħu jinkitbu wkoll il-prodotti taħt il-GMP.

Dwar il-prezz tal-prodotti, il-Ministru Fearne qal li hemm pazjenti li ma jaffordjawx li jixtru dawn il-prodotti li huma għaljin iżda meta jinfetaħ is-suq għal dawn il-prodotti, hawn aġenti li lesti jidħlu fis-suq u jġibu prodotti li jkunu affordabbli. Hemm ukoll il-possibbiltà li dawn il-prodotti jibdew ikunu manifatturati Malta. Il-Gvern se jkun qed iżomm ukoll kontroll fuq il-persuni li jkunu qed jużaw dawn il-prodotti, sostna l-Ministru Fearne.