Il-Poplu għadu jemmen fil-Partit Nazzjonalista u din il-fiduċja se nirreċiprokawha f’entużjazmu aktar minn qatt qabel biex il-fiduċja fdata fina nsarrfuha f’ħidma b’risq il-poplu Malti.
Saħaq dan is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli l-għada tal-Maratona li rat lill-Partit Nazzjonalista jiġbor is-somma fenomenali ta’ €620,319.
Minn issa ‘l quddiem il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista se tissokta b’mod partikolari mall-bidu ta’ sena ġdida hekk kif mistennija aktar riformi biex ikomplu jissaħħu aktar l-istrutturi tal-Partit u anke ta’ media.link communications. Dan kollu bl-iskop li l-Partit Nazzjonalista jersaq aktar viċin tan-nies.
//= $special ?>