Għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu fl-Istati Uniti, seħħet splużjoni f’Manhattan – fil-qalba ta’ New York.
Mal-ewwel fuq il-post marru l-Pulizija ta’ New York sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, fejn fuq Twitter qalu li s’issa għadu ma ġiex magħruf x’wassal għal din l-isplużjoni fl-istazzjon tat-trasport pubbliku f’Manhattan viċin Times Square. L-isplużjoni seħħet fil-Port Authority Bus Terminal, ir-rapporti qalu li weġġgħu tal-anqas erba’ persuni minbarra r-raġel li qed ikun suspettat li wettaq l-azzjoni. Ħadd minn dawn mhu f’periklu li jitlef ħajtu.
The suspect, Akayed Ullah, was apprehended on the scene. He sustained injuries from the explosion and was transported to a hospital. Four other people suffered minor injuries.
— NYPD NEWS (@NYPDnews) December 11, 2017
L-isplużjoni seħħet bejn 42nd Street u 8th Avenue, żewġ toroq frekwentati ħafna min-nies fi New York, waqt l-aktar ħinijiet li jkun hemm nies fiż-żona għaddejin. Ftit wara l-isplużjoni bdiet il-ħidma biex l-awtoritajiet jevakwaw iż-żoni li ntlaqtu mill-isplużjoni.
L-isplużjoni ħadet fuq il-linji tas-Subway A, C u E – għaldaqstant il-persuni abbord il-vetturi tat-trasport pubbliku mal-ewwel ġew evakwati.
//= $special ?>