Futbol Sport

Futbol – Leonardo jitkeċċa minn ma’ Antalyaspor

Leonardo dam biss 60 jum imexx lill-klabb Tork ta’ Antalyaspor hekk kif dan tkeċċa mill-kariga ta’ kowċ.

Din id-deċiżjoni hi parti minn rivoluzzjoni li qed issir bħalissa fi ħdan dan il-klabb.

Il-President tal-klabb Ali Safak Osturk ħabbar li ser joħroġ għall-elezzjoni tal-Assemblea Ġenerali Torka u għalhekk ħalla l-post vakanti għal xi ħaddieħor.

Leonardo, li hu ekskowċ ta’ Milan u Inter s’issa ma tantx kellu avventuri tajbin sa minn meta dan beda karriera ta’ kowċing wara li rtira mill-futbol.