Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia insistiet li l-pazjenti kollha li jkunu jeħtieġu l-mediċina li jkollha l-kannabis għandhom ikunu f’pożizzjoni li jkunu jistgħu jixtruha u jużawha.
F’diskors fil-parlament illejla Therese Comodini Cachia rringrazzjat lill-Caritas għall-parteċipazzjoni fir-rapporti u għall-kontribut tagħhom fis-soċjetà. Hi spjegat kif din il-liġi xorta se tħalli l-kannabis llegali u sostniet li jeħtieġ li daħlet kultura qerrieda fil-pajjiż; liema kultura hi perikoluża ħafna.
Id-deputat Nazzjonalista appellat liż-żgħażagħ li jkollhom problema biex jirrikorru għlal-għajnuna għaliex l-użu tad-droga jkollha effetti negattivi fuq il-persuni. L-abbuż tal-kannabis hu ta’ ħsara għall-persuni li jabbużaw u anki għas-soċjetà.
Għalhekk dan jibqa’ llegali u din il-liġi u titrattax dan iżda titratta uża ta’ prodotti mediċi li jittieħdu mill-kannabis għall-użu ta’ tip ta’ mard fejn ma jkunx hemm alernattivi oħra. Anki dan l-użu qed ikun kontrollat, sostniet Comodini Cahia, li kompliet li din m’hix mediċini b’kura mirakoluża.
Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-aċċessibbiltà u qalet li din għandha tkun effettiva biex in-nies li jkollhom bżonnha jkunu jistgħu jixtruha. Għandu jkun garantit li l-persuni li għandhom bżonn l-għajnuna ma jkollhomx imorru jittallbu biex jieħdu din il-mediċina. Il-parlament għandu l-obbligu li jipprovdi aċċess effettiv għall-pazjenti li għandhom bżonn din il-mediċina.
Therese Comodini Cachia qalet li għandu jsir investiment meħtieġ fir-riċerka medika u appellat biex il-politiċi jingħaqdu biex jiffaċilitaw il-ħajja tal-poplu.
//= $special ?>