Lokali

Il-Maratona kienet riżultat ta’ tmexxija għaqlija

Il-Viċi kapijiet tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo u David Agius jinsistu li r-riżultat tal-maratona tal-bieraħ hi riżultat ta’ tmexxija għaqlija.

Is-somma miġbura fil-maratona tal-Partit Nazzjonalista dik li tizboq is-€620,000, titfa responsabiltà fuq il-Partit Nazzjonalista imma hi wkoll riżultat tal-ħidma tal-Partit Nazzjonalista mmexxi mill-Kap Adrian Delia.

Il-Viċi Kap għall-Ħidma tal-Parlament David Agius qal li riżultat partikolari li spikka f’din il-maratona hi d-donazzjoni li ta’ l-kumitat sezzjonali tal-Marsa li apprezzaw il-ħidma tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li għamel għal din il-lokalità fil-ġimgħat li għaddew.

Min-naħa tiegħu Robert Arrigo, il-Viċi Kap għall-ħidma fil-Partit qal li dan hu ir-riżultat ta’ team work  u minkejja li din kienet l-ewwel maratona ta’ din l-ammistrazzjoni kienet suċċess. Robert Arrigo qal li l-Maratona wasslet ukoll biex attirat nies ġodda lejn i-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Robert Arrigo qal li dan kien biss il-bidu u din il-ħidma se tkun qed tissokta u tintensifika fil-ġimgħat li ġejjin.