In-nirien li ħakmu jiem ilu fin-Nofsinhar ta’ Kalifornja komplew jinfirxu, tant li l-artijiet maħruqin illum qed jiffurmaw ‘zona ta’ qerda’ akbar mill-belt ta’ New York.
In-nar ‘ewlieni’ li qed iħabbat daqstant lill-iskwadri għall-emerġenzi għadu dak magħruf bħala Thomas Fire u li qed jaħkem fil-counties ta’ Ventura u Santa Barbara.
Dan in-nar, li qed ikun xprunat mill-irwiefen, sar il-ħames l-akbar wildfire qatt irreġistrat fl-Istat ta’ Kalifornja, bl-aħħar rapporti jgħidu li l-iskwadri għall-emerġenza rnexxielhom jikkontrollaw biss sa ‘għaxra fil-mija tal-fjammi’.
L-awtoritajiet f’Santa Barbara qalu li filwaqt li t-Thomas Fire hu ta’ theddida kbira għar-residenti u l-proprjetà, hemm numru kbir ta’ persuni mħarrġa u voluntiera li mhumiex qed jieqfu fl-isforzi biex jikkontrollaw il-fjammi.
Filwaqt li l-irwiefen kontinwi qegħdin itellfu l-isforzi tal-awtoritajiet għal kontra n-nirien, il-fatt li qabdu ħafna fjammi kbar f’artijiet – inkluż territorju qalb il-muntanji – fejn l-aċċess hu diffiċli kompla jikkumplika l-impenn għall-kontroll tal-kriżi. L-esperti, intant, qablu li ‘dan hu post diffiċli ħafna fejn wieħed jikkumbatti lin-nirien’.
//= $special ?>

