Lokali

Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħal Qormi

Mill-arkivji

Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku, ta’ 26 sena, qed isofri ġrieħi gravi wara inċident li seħħ fi Triq l-Imdina F’Ħal Qormi. Il-pulizija joqgħod in-Naxxar.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li għall-ħabta ta’ nofsinhar vettura tat-tip Toyota Yaris, misjuqa minn raġel ta’ 45 sena minn Santa Venera laqtet mutur tat-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.