Lokali

Sitwazzjoni inaċettabbli fis-sena 2017

Dalgħodu r-residenti ta’ San Pawl il-Baħar, sabu ruhom f’sitwazzjoni fit-toroq xejn pjaċevoli. Dan hekk kif far id-drenaġġ f’diversi toroq.

Is-Sindku tal-lokalita’ Graziella Galea permezz ta’ post fuq Facebook spjegat li minn naħa tal-kunsill mill-ewwel ikkuntatjaw lill-korporazzjoni tas-servizzi tal-ilma biex is-sitwazzjoni tiġi għan-normal.

Is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar qalet wkoll li la darba jitlesta x-xogħol minn naħa tal-korporazzjoni tal-ilma, se jitnaddfu anke it-toroq li fihom far id-drenaġġ.

Fost it-toroq li fihom far id-drenaġġ kien hemm Triq il-Mosta u fiż-żona magħrufa bħala tal-Menqa.

Graziella Galea kitbet wkoll li ma jistax ikun li fis-sena 2017 ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar ikollhom jaffaċċjaw dawn it-tip ta’ problemi minbarra dawk eżistenti bħal ma hi l-kriminalita’ u l-vandaliżmu minn xi wħud. Dan meta San Pawl il-Baħar tattira ammont kbir ta’ turisti mhux biss matul is-sajf.