– Claudio Grech, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech sostna li s-superviżjoni tal-użu tal-prodotti mediċinali li fihom il-kannabis għandu jibqa’ strettament taħt il-Ministeru tas-Saħħa u għandu jingħata prijorità assoluta biex l-interessi tal-pazjent ikunu garantiti.
Fil-parlament llejla d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech semma l-liġi tal-2015 li fiha kien inbeda proċess li kien se jieħu dan is-suġġett sensittiv fid-direzzjoni t-tajba. Dan hu poress li juri li s-soċjetà Maltija mhix soċjetà kattiva fil-konfront ta’ min imiss mad-droga għax hemm aspett uman taċ-ċirkostanzi. Hu qal li qed titneħħa l-konfużjoni li kien hemm fix-xhur li għaddew li din il-liġi għandhom x’jaqsmu mal-legalizzazzjoni tad-droga marijuana. Dawn huma emendi li jitrattaw biss l-aspett mediku u kliniku tal-pjanta u li qed jiddaħħlu b’mod kawt.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-edba pajjiż fl-UE ma jawtorizza l-marijuna għal skopijiet mediċinali. Dawn il-prpdotti għandhom użu speċifiku u għalhekk hu pożittiv li l-analiżi issir fuq kull każ fejn it-trattament ma jkunx wieħed ta’ emerġenza.
Claudio Grech qal li l-użu ta’ din il-mediċin għadu fil-bidu tiegħu u l-kawteli li hemm jridu jkunu kunsidrati biex se jitħaddmu fil-prattika. Jeħtieġ li jinqatel kull lok li dan il-prodott isir mezz kif persuni li qed ibatu jkunu sfruttati. Hu enfażizza l-importanza tas-superviżjoni u sostna li dan għandu jibqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-Diviżjoni u l-Ministeru tas-Saħħa.
Claudio Grech tkellem dwar l-aċċessibbiltà u qal li jrid ikun hemm garanzija li ma jkunx hemm sitwazzjoni li fiha ma jkunx hemm min isir sinjur mill-miżerja ta’ ħaddieħor. M’għandhiex tinħoloq domanda artfiċjali għal dawn il-prodotti jew perċezzjoni tal-wonder drug. Għalhekk l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza u l-gvern għandu jimporta, jqassam u jiddistribwixxi l-prodotti hu. Il-Gvern għandu jara li l-mediċina titpoġġa fuq il-formolarju tal-gvern għaliex il-Gvern għadu ma qal xejn dwar dan. Il-Gvern għandu wkoll jgħid kif in-nies li ma jafforjdawx li jixtru l-mediċina fil-fatt se jakkwistawha.
Claudio Grech qal li hu ma jara xejn rikreattiv fid-droga u enfażizza li l-investiment għandu jsir fi spazji miftuħa u mhux fid-dorga bħala rrikreazzjoni. Hu sostna li l-problema tad-droga hi waħda kbira u fi stat ta’ disperament u rringrazzja lill-Korp tal-Pulizija għall-qabdiet kbar ta’ droga li l-pulizija rnexxielha tneħħi mit-toroq. Din is-sena nqabdu b’aktar 323 kilo kokanina, 600 kilo kannabis u seba’ tunnellati kannabis li kienet fi triqtha lejn Malta.
Din hi liġi fit-triq it-tajba u se ssib l-appoġġ tal-Oppożizzjoni, sostna Claudio Grech.
//= $special ?>