Sport Sport Ieħor

Jikkwalifikaw John Agius u Andy Keen għat-tieni fażi tal-Malta Premier League of Darts

Andy Keen u John Agius jikkwalifikaw

John Agius ta’ Floriana Ajax u Andy Keen ta’ Kalkara St Joseph ikkwalifikaw mit-tieni tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-tieni fażi tal-kompetizzjoni li minna se jintgħażel it-tim nazzjonali li s-sena d-dieħla se jikkompeti fil-Kampjonati Ewropej f’Budapest fl-Ungerija.

Fi triqtu lejn il-finali, Keen rebaħ kontra Felix Scerri u George Ebejer 3-1 u 3-2 kontra Alfred Muscat. Fis-semifinali għeleb lil Gordon Stanmore 3-0 u bl-istess skor għeleb lil Mario Tonna fil-finali.

John Agius għeleb lil Enrico Scerri u Mario Sciascia 3-1, lil Joe Caruana u Tony Borg 3-0 biex fil-finali għeleb lil sieħbu ta’ Floriana Ajax John Ciantar 3-1.

It-tielet tournament ta’ kwalifikazzjoni jintlagħab l-Erbgħa 3 ta’ Jannar 2018 fiż-Żejtun Domus bil-logħob jibda fit-7.45pm.

TAZZA 5-A-SIDE

Grupp A – St. Venera Red Square v Buġibba Sun City Ladies 5-0, Mosta Horseshoe Bar A v Ħamrun Education Bar A 5-0, Mġarr The Hatch Sports Bar v St. Paul’s Diamonds 1-4. Mosta Horseshoe Bar A u St. Venera Red Square jikkwalifikaw

Grupp B – Floriana Ajax MCP B v Birżebbuġa Cox Sports Club A 5-0, Senglea M. Conquest B v Floriana Boċċi Club 2-3. Floriana Ajax MCP B jikkwalifikaw u t-tim l-ieħor għad irid jiġi deċiż

Grupp Ċ – St. Paul’s Band Club v Floriana Ajax MCP A 1-4, Gudja PO’s Bar B v Senglea M. Conquest A 2-3, Ħamrun Bayern Munich v Cospicua Rangers 1-4. Floriana Ajax MCP A u Senglea M. Conquest A jikkwalifikaw

Grupp D – Buġibba Sun City A v Kalkara St Joseph 2-3, Floriana Ajax Munchies C v Żejtun Beland Bullseye 1-4. Kalkara St Joseph ikkwalifikaw u t-tim l-ieħor għad irid jiġi deċiż.

Tags