3 irġiel Maltin u 2 ta’ nazzjonalita` Libjana instabu fil-pussess ta’ droga, b’sustanzi suspettati kokaina, raża tal-kannabis, ħaxixa tal-kannabis u eroina waqt tfittxija li saret fi Pjazza San Pawl fil-Ħamrun. Dan wara li Pulizija mill-iskwadra ta’ Kontra d-droga, mill-iskwadra tal-Immigrazzjoni, mill-iskwadra tar-Rapid Intervention Unit u kif ukoll mill-Pulizija distrettwali fl-aħħar jiem wettqu diversi spezzjonijiet fl-inħawi tal-Marsa u l-Ħamrun.
Filwaqt li twettqu verifikazzjonijiet ta’ dokumenti ta’ immigranti sabiex jiġi żgurat li dawn jinsabu f’pajjiżna b’mod regolari, id-dokumenti li ġew ippreżentati lil uffiċjali tal-Pulizija mistennija jiġu kollha verifikati sabiex jitneħħa kull dubju li jista jkun hemm xi falsifikazzjoni
Intant, waqt dawn l-ispezzjonijiet kienu mwaqqfa ukoll, 8 persuni li nstabu jikkunsmaw alkoħol f’post pubbliku.
//= $special ?>
