Lokali

“Aktar minn 3,000 tesserat ġdid” – Jean Pierre Debono

Hekk kif l-2017 issa kważi waslet fi tmiemha, l-Uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista responabbli mit-tesseramenti, Jean Pierre Debono sostna li l-indikazzjonijiet kollha qed juru li din is-sena ser jintlaħqu aktar minn 3,000 tesserat ġdid li jissieħbu mal-Partit Nazzjonalista.

Jean Pierre Debono spjega li matul l-aħħar xahrejn u nofs saħansitra nqabżu d-disa’ mitt tesserat ġdid fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u stqarr li jinsab kunfidenti li ser jiżdiedu b’madwar 100 oħra.

Huwa insista li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jesperjenza qawmien ġdid mimli entużjażmu fejn xhieda ta’ dan qed jiġi rifless mill-għadd ta’ lokalitajiet madwar il-Gżejjer Maltin kif ukoll tixhdu bl-aktar mod ċar is-somma record miġbura waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi li ammontant għal aktar minn €620.300.