Il- Burdnara Section Committee fi ħdan il-GRTU ressqet protest ġudizzjarju fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili kontra il-Kummissarju tat-taxxi li huwa r-rappreżentant legali tad-dipartiment tad-dwana. Permezz ta’ dan il-protest, il-Burdnara Section Committee formalment saqsiet biex tittieħed azzjoni immedjajta kontra persuni mhux liċenzjati li qegħdin jiġu permessi jidħlu fil-port u jagħmluha ta’ Burdnara.
Fil-Protest Gudizjarju, il-Burdnara Section Committee tinnota li Kap. 203, Artiklu 3 tal-liġi ta’ Malta jgħid li ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ Burdnar ħlief b’permess tad-dwana u skont permess tad-dwana mogħti għalhekk mill-kontrollur. Barra min hekk Artiklu 9 ta l-istess Kap jgħid li importatur, esportatur u sid ta merkanzija jistgħu jittrasportaw merkanzija minn jew għall-tinda tad-dwana, maħżen għal depożit, veranda, mall jew post ieħor ta depożit, permezz tas-servizzi ta’ Burdnar liċenzjat.
Għalhekk huwa ċar li persuni li qegħdin jigu permessi jidħlu fil-port u jagħmluwa ta Burdnara mingħajr il-permessi neċessarji qegħdin imorru kontra Artikli 3 u 9 ta l-Att dwar il-Liberazzjoni u t-Trasport tal-Merkanzija.
Il-Burdnara Section Committee fi ħdan il-GRTU qiegħda iżomm il-Kummissarju tat-taxxi responsabbli għall-danni spejjeż u nteressi li diġa sofrew u li jistgħu jsofru b’konsegwenza ta’ dan. Apparti dan il- Burdnara Section Committee fi ħdan il-GRTU formalment saqsiet lill-kummissarju tat-taxxi biex jieħu azzjoni mmedjata u jintervjeni jew iwaqqaf persuni mhux liċenzjati li qegħdin jitħallew jidħlu fil-port u jagħmluha ta’ Burdnara.
//= $special ?>

