Mara li kienet qed tistenna tarbija ttieħdet b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li sfratta żiemel fil-Marsa. Il-każ seħħ fi Triq it-Tiġrija għall-ħabta tal-5.10pm biswit il-korsa taż-żwiemel meta għal xi raġuni l-bhima ħarab bil-konsegwenza li spiċċa fit-triq u kellu mpatt ma’ vettura misjuqha mill-vittma. Dan filwaqt li wara li laqat il-karozza iż-żiemel baqa’ jiġri miksi demm għal Triq Manwel Dimech f’Ħal Qormi fejn hemmhekk spiċċa fl-art.
Filwaqt li fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħa lill-mara l-isptar bħala prekawzzjoni, sfortunatament iż-żiemel tilef il-battalja mal-mewt kawża tal-ammont ta’ demm li tilef.
//= $special ?>

