Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi organizza Pjazza Milied bis-sehem ta’ voluntiera, artisti u għaqdiet lokali. Dan hekk kif il-qaddis patrun tar-raħal tas-Siġġiewi San Nikola, għandu rabta speċjali mal-Milied – bil-valuri ta’ ġenerożita, karità u solidarjetà li ispiraw il-karattru ta’ Santa Klaws li f’dan iż-żmien tas-sena jferraħ lit-tfal.
Il-programm tal-attività li sar f’Jum ir-Repubblika, involva lil diversi persuni jew għaqdiet li jirrapreżentaw setturi differenti tal-komunità Siġġiwija. Il-programm tal-attività inkluda ideat u attivitajiet li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd fosthom Breakfast with Santa għat-tfal workshop dwar l-pasturi, stands tal-ikel u prodotti, esebizzjoni tal-kejkiet, divertiment fuq l-palk, u wirjiet marbuta mal-Milied.
Is-Sindku tas-Siġġiewi, Alessia Psaila Zammit qalet li l-Kunsill Lokali huwa mpenjat li jsaħħaħ ukoll l-għarfien kulturali dwar ir-raħal tas-Siġġiewi.. Matul din l-attività nġabru wkoll donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza.
//= $special ?>
