Raġel minn Raħal Ġdid kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut fi sparatura tard it-Tlieta filgħaxija. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30pm fi Triq Burmarrad, fin-Naxxar meta mill-ewwel indikazzjonijiet seħħ argument bejn tlett irġiel, wara li tnejn minnhom rikbu s-suspettat.
Kien hawnhekk li wieħed minnhom ħareġ arma tan-nar u spara xi tiri fid-direzzjoni tal-vittma ta 43 sena. Filwaqt li l-aggressur ħarab jiġri minn fuq il-post, l-vittma ttieħed l-isptar permezz ta ambulanza fejn fortunatament ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief.
Filwaqt li bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. C. Farrugia Frendo li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha, kull min għandu xi informazzjoni dwar il-każ għandu jinforma lill-Pulizija minnufih, anke b’mod kunfidenzjali.
//= $special ?>