Internazzjonali

Strajk mill-bdoti tar-Ryanair

Mal-117-il bdot tar-Ryanair bażati fl-Irlanda sejħu għal strajk ta’ġurnata l-ġimgħa d-dieħla.
It-titjiriet minn Dublin, Shannon u Cork mistennija jkunu effettwati ħażin mill-istrajk ta’ nhar l-Erbgħa. Hemm ukoll azzjoni simili fl-Italja u l-Portugall.
L-ekwipaġġ u l-bdoti tar-Ryanair bażati fl-Italja wkoll se jieħdu azzjoni industrjali nhar il-Ġimgħa filwaqt li l-bdoti fil-Portugall ukoll qablu li joħorġu fuq strajk. Fil-każ Taljan inqalgħet polemika wara li t-tmexxija tar-Ryanair wissiet lill-membri tal-ekwipaġġ li jekk joħorġu fuq strajk, kulħadd jitlef iċ-ċans ta’promozzjoni jew li jingħataw trasferiment lejn post ieħor.