Talanqas erbat itfal tilfu ħajjithom f’ħabta bejn xarabank tal-iskola u ferrovija fil-limiti ta’ Perpignan, fin-nofsinar ta’ Franza.
Fl-inċident indarbu talanqas 20 oħra, uħud minnhom serjament, bl-awtoritajiet jinsabu għaddejjin bl-investigazzjonijiet.
L-istudenti li kienu fuq ix-xarabank kellhom bejn il-11 u l-15 il-sena.
L-inċident seħħ f’zona bejn Millas u Saint-Feliu-d’Amont u l-ewwel rapporti qalu li x-xarabank litteralment inqasam f’biċċtejn bl-impatt mal-ferrovija.
Is-servizzi għall-emerġenzi fuq il-post waqqfu taqsima ‘għall-koordinazzjoni ta’ kriżi’. Dan waqt li l-midruba kienu qed jittieħdu b’urġenza lejn l-isptar f’Perpignan.
Il-Ministru Franċiż għat-Trasport, Elisabeth Borne u l-Prim Ministru ta’ Franza, Eduoard Philippe, fl-aħħar ħinijiet, kienu ‘fi triqthom lejn is-sit tat-traġedja’.
//= $special ?>

