Numru ta’ persuni ta’ nazzjonalita barranija tard ilbieraħ bil-lejl kienu nvoluti fi ġlieda kbira f’Paceville.
Skont post fuq Facebook mill-Ispettur Sandro Camilleri, jidher illi wieħed minnhom qala’ xeba flixkun u daħal l-għassa ta’ San Ġiljan kollu dmija.
“Jidher li l-ġlied sar qrib il-Wembley. Ambulanza ġiet mgħajta fuq il-post immedjatament u bdiet investigazzjoni”, sostna l-Ispettur Camilleri.
Hu qal illi l-għassa kollha dmija spiċċaw jaħsluha l-Pulizija. “Ovvjament apparti li ġġib uniformi mandra tissogra saħtek ghax dan demm u trid tkompli bix-xogħol normali wara”.
Sandro Camilleri saħaq illi dawn stejjer ta’ kuljum ġewwa Paceville.
//= $special ?>