Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jipparteċipa fis-Summit tal-PPE

Adrian Delia, Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qed jieħu sehem fis-Summit tal-Partit Popolari Ewropew li qed jitlaqqa’ llum fi Brussell. Dan huwa l-ewwel Summit tal-PPE li għalih qed jieħu sehem Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Is-Summit qed jitlaqqa’ fl-isfond tal-vot li ttieħed il-bieraħ fil-Parlament Ewropew fuq t-talba li ressaq il-Partit Soċjalista Ewropew fejn sejħet biex Malta tiġi dikjarata bħala Tax Haven.

It-talba tas-Soċjalisti ingħelbet bl-aktar marġini żgħir possibbli grazzi għall-ħidma tal-MEPs tal-Partit Nazzjonalista David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech li rnexxielhom jikonvinċu wkoll lil MEPs ta’ partiti oħra.

Adrian Delia se jieħu l-opportunità biex jispjega s-sitwazzjoni ta’ Malta jiddefendi lil isem pajjiżna mal-Kapijiet u l-mexxejja l-oħra tal-PPE. Huwa se jkompli jisħaq li Malta mhix Tax Haven.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa akkumpanjat mil-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-affarjiet Ewropej David Stellini u s-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Roselyn Borg.