Lokali

Il-Pulizija rnexxielha tkisser ċirku ta’ traffikar ta’ bnedmin

Il-Pulizija rnexxielha tkisser ċirku ta’ traffikar ta’ bnedmin u ġew slavati madwar 20 persuna waqt din il-ħidma.

L-investigazzjoni wasslet biex instabu biżżejjed provi li l-vittmi nġiebu Malta biex jaħdmu.

Minnufih l-awtoritajiet bdew proċess biex jinstab shelter għal dawn il-vittmi filwaqt li Identity Malta skattat il-mekkaniżmu li bih tati status ta’ emerġenza lill-vittmi kollha, kemm fir-rigward ta’ residenza kif ukoll fis-suq tax-xogħol.