Il-Grupp tas-Soċjalisti qed jaħdem b’qawwa kbira kontra l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi
L-aħħar sessjoni plenarja għas-sena 2017 kkonfermat kemm l-MEPs tal-Partit Laburista Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi – biex jiddefendu lil Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi – spiċċaw iżolati mhux biss fil-Parlament Ewropew, iżda anke fil-Grupp tas-Soċjalisti li sa issa għadhom jiffurmaw parti minnu. Fil-fatt, Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi issa għandhom jgħidu jekk mill-lum ‘il quddiem, hux se jibqgħu parti mill-grupp tas-Soċjalisti li qed jaħdem kontra l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi.
Fi stqarrija, l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech qalu li lbieraħ, l-MEPs tal-Partit Laburista kellhom għażla: jew jiddefendu lill-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin, jew jiddefendu lil Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi. Sant, Dalli u Mizzi għażlu li jinjoraw l-interessi tal-poplu Malti u baqgħu jiddefendu l-indifensibbli.
L-MEPs tal-PN sostnew li Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi fallew. Fallew biex jikkonvinċu l-MEPs li Malta mhix tax haven. La kienu kapaċi jikkonvinċu lill-MEPs tal-Partit tagħhom stess, u wisq anqas lill-MEPs tal-gruppi l-oħra. Kemm ilu li ġie żvelat l-iskandlu tal-Panama Papers, l-MEPs tal-Partit Laburista – li dejjem baqgħu jiddefendu l-kumpaniji sigrieti fil-Panama – spiċċaw irrelevanti.
Minn naħa tagħna, sostnew David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech, se nibqgħu niddefendu lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, kif ukoll ninsistu li tingħata l-protezzjoni lill-whistleblowers u tiġi assigurata l-libertà tal-espressjoni.
L-attentat tal-Partit Laburista biex jiprova jiddevja mill-iżolament u l-falliment tal-MEPs tiegħu hu tassew patetiku u surreali, temmet l-istqarrija tal-MEPs tal-Partit Nazzjonalista.
“Is-Soċjalisti Ewropej riedu jikkrollaw is-servizzi finanzjarji f’Malta” – Adrian Delia
//= $special ?>