Sport Sport Ieħor

Lleyton Hewitt se jirritorna jilgħab fl-Open tal-Awstralja

Lleyton Hewitt għandu 36 sena

Lleyton Hewitt se jerġa’ jibda jilgħab hekk kif ħabbar li se jieħu sehem fid-doubles fl-Open tal-Awstralja tas-sena d-dieħla. Hewitt li fil-passat kien numru wieħed tad-dinja kien irtira uffiċjalment wara l-Grand Slam ta’ pajjiżu fl-2016, iżda rritorna fil-court darbtejn oħra s-sena l-oħra fit-Tazza Davis u l-Wimbledon.

Issa se jkun qiegħed jagħmel dehra oħra, din id-darba flimkien mal-Awstraljan Sam Groth, li għalih se jkun l-aħħar tournament fil-karriera. “Se tkun naqra ta’ gost, dak hu dak li jagħmel l-Open tal-Awstralja. Qed nitħarrġu kuljum u mhux se nkunu hemm biex ngħaqdu n-numri.”

Fil-karriera tiegħu, Hewitt rebaħ l-Open tal-Istati Uniti fl-2001 u s-sena wara rebaħ it-tournament ta’ prestiġju ta’ Wimbledon. Hu rebaħ ukoll fi Flushing Meadows fid-doubles fl-2000 flimkien ma’ Max Mirnyi.

Tags