Mnachester City waqqfu rekord fil-futbol Ingliż wara li kisbu l-15-il rebħa konsekuttiva b’rebħa ta’ 4-0 kontra Swansea l-Erbgħa filgħaxija. Il-Ġimgħa l-oħra, it-tim ta’ Pep Guardiola kiser ir-rekord ta’ rebħiet konsekuttivi fi staġun tal-Premier League wara li għeleb lil Manchester United 2-1 f’Od Trafford.
Bir-rebħa kontra Swansea, din is-sensiela kibret għal 15-il rebħa konsekuttiva li hu l-itwal rekord ta’ rebħiet konsekuttivi fl-erba’ diviżjonijiet tal-Ingilterra minn meta l-Football League kien twaqqaf fl-1888.
City jinsabu bla telfa fil-Premier League Ingliż b’16-il rebħa u draw, biex kisbu r-rekord ta’ 15-il rebħa u draw li kienu għamlu Tottenham fl-istaġun 1960/1961.
Guardiola jinsab f’pożizzjoni tajba biex jikser ir-rekord tiegħu stess fl-aqwa kampjonati tal-Ewropa, b’19-il rebħa konsekuttiva ma’ Bayern Munich fl-istaġun 2013/2014.
City jistgħu jiksru tliet rekord oħra tal-Premier League li bħalissa huma ta’ Chelsea. Dawn huma 30 rebħa fi staġun li kien sar l-istaġun li għadda, 95 punt fl-istaġun 2004/2005 u 103 gowls fl-istaġun 2009/2010.
L-aħħar rekord ikun li jirbaħ il-Premier League u jikser ir-rekord li kienu għamlu Manchester United fl-istaġun 1999/2000, meta f’dak l-istaġun kienu rebħu t-titlu b’distakk ta’ 18-il punt.
//= $special ?>