It-Tlieta li ġej jingħata bidu għar-rawnds ta’ kwalifikazzjoni tal-Masters tal-Ġermanja li se jintlagħbu fil-Barnsley Metrodome f’Barnsley. Minn dan ir-rawnds ta’ kwalifikazzjoni, jikkwalifikaw 32 plejer li jilagħbu fil-fażi finali li tintlagħab f’Berlin il-Ġermanja bejn il-31 ta’ Jannar u l-4 ta’ Frar 2018. Dan it-tournament jagħmel parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association.
Il-plejer professjonali Malti Alex Borg se jkun involut fl-ewwel rawnd kontra l-Ingliż Ben Woollaston li bħalissa qed jokkupa n-numru 37 fir-rankings tad-dinja. Il-logħba se tintlagħab it-Tlieta li ġej fit-8.00pm ħin ta’ Malta, bil-logħba tkun fuq l-aħjar minn disa’ frames.
Ir-rebbieħ ta’ din il-logħba jilgħab fit-tieni rawnd il-Ġimgħa 22 ta’ Diċembru fil-11.00am ħin ta’ Malta kontra r-rebbieħ bejn l-Iskoċċiż Chris Totten u l-Awstralja Matthew Bolton.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jidħol fuq is-sit uffiċjali tal-World Snooker www.worldsnooker.com.
//= $special ?>