Birkirkara żvelaw lil St. James Hospital bħala l-isponsor il-ġdid tal-klabb. Dan l-isponsor se jinkludi assistenza finanzjarja kif ukoll servizzi mediċi lill-plejers kollha ta’ Birkirkara.
Il-President tal-klabb Frank Zarb wera l-gratitudni lejn l-isptar għall-interess u l-fiduċja fil-klabb karkariż. Zarb kompla jgħid li l-klabb irid jassigura li l-plejers ikollhom l-aħjar sistema medika, u saħaq li kienet din ir-raġuni biex il-klabb jaħdem ma’ wieħed mill-aqwa sptarijiet privati f’pajjiżna.
Il-kowċ Paul Zammit faħħar is-servizzi tal-isptar u rringrazzja lit-tobba kollha li jgħinu lill-plejers. Hu sostna li jekk il-klabbs Maltin iridu jersqu lejn il-livell professjonali, irid ikollhom sistema medika b’saħħitha.
Il-Kap Eżekuttiv tal-laboratorju tal-isptar Paul Sultana qal li dan hu bidu ġdid bejn iż-żewġ naħat, minkejja li saħaq li mhux l-ewwel involviment tal-isptar fl-isport hekk kif jassisti lill-Kumitat Olimpiku Maltin u l-Malta Basketball Association.
Sultana kompla jgħid li l-isptar kien dejjem fuq quddiem biex jipprovdi kura. Hu qal li St. James Hospital kien l-ewwel sptar li ntroduċa s-servizzi l-MRI ftit aktar minn 15-il sena ilu.
Paul Sultana qal li Birkirkara FC huma għamlu l-assigurazzjoni tal-plejers. Il-membri tal-klabb karkariż se jkollhom 10% skont fuq is-servizzi mediċi.
//= $special ?>