Internazzjonali

Eks-Ministru Russu jeħel il-ħabs għal tixħim

Qorti fir-Russja kkundannat lill-eks Ministru Russu għall-Ekonomija, Alexei Ulyukayev għal tmien snin ħabs b’xogħol iebes wara li hu instab ħati dwar tixħim.

L-eks Ministru — li hu l-ewwel uffiċjal ta’ dan il-livell li għadda ġuri fir-Russja għal ħafna snin — kien anki immultat l-ekwivalenti ta’ 1.8 miljun ewro.

Ulyukayev, li għandu 61 sena, kien arrestat fl-2016 fost akkużi li hu kien uża r-rikatt biex jikseb l-ekwivalenti ta’ mijiet tal-eluf ta’ ewro mill-kumpannija taż-żejt Statali, Rosneft, biex japprova x-xiri (mir-Rosneft) ta’ kumpannija oħra taż-żejt. Intant, l-eks Ministru kien akkużat dwar reati konnessi mat-tixħim mill-Kap tar-Rosneft li hu qrib il-President tar-Russja, Vladimir Putin.