Illum il-kantanta u pjanista Maltija Emma Muscat rebħet sfida iebsa u importanti waqt il-programm Amici mmexxi minn Maria de Filippi li jixxandar fuq Canale 5.
Għal din iż-żgħażugħa ta’ 18-il sena, din ir-rebħa tfisser li issa saret parti mit-tim ta’ studenti ta’ Amici.
Emma, li ilha titgħallem il-kant sa minn meta kellha 5 snin, tgħid li permezz ta’ prestazzjonijiet bħal dawn tkun tista’ tesprimi s-sentimenti tagħha.
Tista’ tara l-prestazzjoni mill-isbaħ ta’ Emma hawnhekk
Nawguraw kull suċċess lil Emma!
//= $special ?>


